Read in English.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-mediċina Ativan hija mill-ġdid disponibbli. Joanna Gatt, id-Direttur ta’ Vivian Corporation, li jimpurtaw din il-mediċini qalet li qed jaħdmu biex jitqassmu l-ordinijiet kollha pendenti lill-klijenti tagħha.
Din hija aħbar tajba għal dawk kollha li jagħmlu użu minn din il-mediċina u li fl-aħħar ġimgħat spiċċaw kellhom jagħmlu użu minn mediċini ġeneriċi inkella jgħaddu mingħajr mediċina.
Aktar kmieni:
Ativan: Out of stock għal aktar minn xahar
“Nassigurawkom li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nevitaw li l-mediċini jmorru out-of-stock u b’hekk jistgħu jikkawżaw problemi għall-pazjenti,” qalet Gatt.
Għal aktar informazzjoni jew assistenza dwar l-Ativan ċempel fuq in-numru 80073102 jew ibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-kumpanija.