“Il-midja qed tinjora ġenoċidju tal-Kristjani fil-Lvant Nofsani”

Il-ġurnalista famuż Ingliż, Piers Morgan ikkritika l-midja Amerikana li ma tatx rappurtaġġ tajjeb u biżżejjed tal-attakki li saru fuq żewġ knejjes fl-Eġittu f’Ħadd il-Palm u li ħallew 40 persuna mejta.
Meta kellem lil Fox News Morgan qal li dawn l-attakki fuq il-Kristjani Kopti fl-Eġittu kienu sinjifikanti ħafna għax l-Istat Islamiku (ISIS) qed twettaq ġenoċidju fuq il-Kristjaneżmu madwar il-Lvant Nofsani.
“Jekk wieħed jara verament x’iridu l-ISIS, x’qed iwettqu fil-Lvant Nofsani u b’mod partikolari fl-Eġittu, jara lid an hu attakk fuq il-Kristjani u l-Kristjaneżmu. Iridu jeqirdu l-Kristjaneżmu u jridu jikkonvertu lill-Musulmani kollha favur il-kruċjata tagħhom – gwerra qaddisa biex jinqerdu l-insara”.
Il-ġurnalist sostna li dan mhux qed jolqot l-attenzjoni la tal-media Amerikana u anqas ta’ mezzi oħra tal-midja madwar id-dinja.