“Il-MCCF biss jagħti fondi għall-kura” – Il-President ta’ Malta

L-ewwel Ballu tal-Qamar t’Awwissu għall-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ingħata laqta Maltija biex anke jkompli jilħaq wieħed mill-għanijiet ta’ din il-Presidenza, jiġifieri t-tisħiħ tal-identità Maltija.
Waqt l-indirizz tagħha, il-President ta’ Malta tenniet il-fatt li sfortunatament f’dawn l-aħħar għaxar snin, il-mard tal-kanċer irdoppja. Qalet li l-Malta Community Chest Fund huwa l-unika fond nazzjonali li qed jipprovdi fondi għall-kura.
Dr Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat u sellmet lil dawk li attendew, fosthom anke numru ta’ emigranti Maltin, u li permezz tad-donazzjoni biex jattendu għall-ballu, jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-President Coleiro Preca tkellmet dwar l-elementi ġodda fil-ballu, fosthom re-enactments tal-epoka tal-Kavallieri ta’ San Ġwann kif ukoll dwar il-karozzin li wassal lil dawk li attendew, mill-post fejn ipparkjaw il-vetturi tagħhom sal-Palazz fejn sar il-ballu.

Ritratti: DOI – Clodagh Farrugia O'Neill