Il-Mazda2 issa fis-suq

Il-Mazda2 hi karozza żgħira pero intelliġenti, komda u li toffri kunfidenza.
Il-mudell totalment ġdid Mazda2 jiġbor il-varjetà tat-teknoloġija Skyactiv bid-diżinn Kodo, qrib ħafna għall-kunċett Mazda Hazumi li tnieda f’Ġinevra f’Marzu li għadda.
Fuq ġewwa tal-Mazda2, huwa sorprendentement spazjuż u komdu, partikolarment għas-sewwieq. L-ispazju għar-riġlejn tal-passiġġiera fuq wara tal-vettura huwa wkoll ta’ klassi superjuri.
Dan l-aħħar mudell toffri iżjed minn kull ma kien hemm fil-mudell preċedenti.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.