Il-MATSEC tiċċara d-differenza fir-riżultati

Il-Bord tal-MATSEC ikkuntattja lil Newsbook.com.mt sabiex jinsisti li ma kien hemm ebda differenza bejn ir-riżultati tal-A-Levels mibgħuta bil-posta u dawk b’SMS.

Newsbook.com.mt kien irrapporta li r-riżultati tal-A-levels ta’ studenta ma qablux bejn dawk li rċeviet b’messaġġ u dawk li rċeviet bil-posta, tant li mezz wieħed indikalha li għaddiet, u l-ieħor li weħlet.

Il-Bord spjega li huwa stieden lil din l-istudenta li lmentat sabiex tibgħat kopja tal-SMS li rċeviet, iżda din ma laqgħetx din l-istedina.

Imbagħad, meta l-Bord investiga u sab hu stess il-messaġġ li rċeviet din l-istudenta, skopra li ma kienx hemm differenza bejn ir-riżultat b’messaġġ u r-riżultat bil-posta.