​Il-Matematika l-aktar popolari mil-lezzjonijiet b’xejn tal-Gvern

1,337 żagħżugħ u żagħżugħa tefgħu total ta’ 2,348 applikazzjoni għall-klassijiet ta' reviżjoni f'erba’ suġġetti tas-SEC li qed jiġu offruti mill-Gvern.
Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li l-istudenti Maltin huma fost l-ewwel li se jibbenefikaw mill-inizjattiva tal-Garanzija taż-Żgħażagħ.
Il-lezzjonijiet se jibdew fit-28 ta' Lulju u fuq medda ta' ħames ġimgħat se jkun offrut programm intensiv ta' studju li jwassalhom għar-resit fil-bidu ta' Settembru.
Għal-lezzjonijiet tal-Matematika se jattendu 770 student, 692 għall-Ingliż, 500 għall-Malti u 386 għall-Fiżika.