Il-maskri obbligatorji fuq il-vapuri – Gozo Channel

REUTERS/Sergio Perez

Il-Kumpanija Gozo Channel fakkret li kull persuna li tkun qiegħda taqsam bejn il-gżejjer hija obbligata li tilbes u tibqa’ bil-maskra tul il-vjaġġ kollu. Il-Kumpanija spjegat li anke fit-terminal kull persuna għandha tibqa’ bil-maskra.  

Il-Ministeru tas-Saħħa permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook fakkret li kull persuna għandha tilbes il-maskra meta tkun qiegħda tixtri fil-ħwienet.

Il-Konsulent tas-Saħħa Pubblika Dr Tanya Melillo f’Mejju li għadda tellgħet filmat li fih spjegat l-importanza li kulħadd jifhem li meta tilbes il-maskra tkun qed tipproteġi lill-persuni l-oħra, filwaqt li l-persuni l-oħra li jilbsu l-maskra jkunu qed jipproteġu lilek.