Il-maskra se tkun obbligatorja madwar il-Ġermanja

REUTERS/Thilo Schmuelgen

L-Istati kollha Ġermaniżi qablu li bħala parti mill-ġlieda kontra l-coronavirus, il-popolazzjoni trid tibda tilbes il-maskra.

Id-deċiżjoni issa mistennija tkun konfermata mis-Senat Ġermaniz il-Ġimgha. 

Dan qed iseħħ hekk kif il-Ġermanja bdiet it-taffi xi ftit mill-miżuri nazzjonali tal-lockdown, b’esperti Ġermaniżi fil-qasam tas-saħħa jsostnu li l-ilbies tal-maskra kienet tgħin biex jitnaqqsu l-infezzjonijiet fost il-popolazzjoni.

Hekk kif tgħaddi mis-Senat, il-Ġermanizi jridu jibdew jilbsu l-maskra meta jużaw it-trasport pubbliku kif ukoll meta jmorru jixtru. 

Passi simili diga ttiehdu minn diversi pajjiżi fosthom l-Awstrija li fil-bidu tax-xahar għamlitha obbligatorja li n-nies jilbsu l-maskra meta jmorru jixtru.