Il-Marsin bl-aħħar attività tal-festa llejla

Għal din is-sena, il-Marsin ħasbu biex ramaw it-toroq bil-pavaljuni u ħarġu l-istatwa tat-Trinità Mqaddsa biex jiċċelebraw din il-festa fil-ġurnata li s-soltu tiġi ċċelebrata b’tant qima.

L-għaqda se tagħlaq il-festa ta’ din is-sena billi fid-9pm tal-lejla ttella’ spettaklu tan-nar li jinkludi lampjuni, murtaletti, murtali tal-kulur u blalen.

Kuntrarju għas-snin li għaddew, din is-sena minħabba l-pandemija tal-Covid-19 il-festi mhux se jsiru kif ippjanat u għaldaqstant l-Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità Marsa xorta ħasset li għandha tkun pijuniera biex dak li jiġri fil-knisja parrokkjali jasal għand il-poplu Marsi.

Fi stqarrija, l-għaqda qalet li dan ilha tagħmlu minn qabel il-festi tal-Għid il-Kbir billi xxandar il-Quddies u l-funzjonijiet permessi li jsiru fil-knisja bil-bibien magħluqa.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn