Il-Marsa u l-Birgu l-aktar b’xortihom mal-Awtorità tal-Ippjanar

14-il Kunsill Lokali, 13 f’Malta u wieħed f’Għawdex, ibbenefikaw mill-fond tal-Awtorità tal-Ippjanar imsejjaħ Planning Fund.
Il-Marsa u l-Birgu bbenefikaw għal żewġ proġetti.
Dan il-fond ġie mwaqqaf fl-2016 biex isir titjib fl-irħula u l-ibliet għall-benefiċċju tal-komunitajiet rispettivi. Sa issa l-ammont ta’ fondi allokati jaqbeż iż-€2 miljun.
Il-Ministru għall-Infrastruttura qal li l-ammont allokat f’fondi huwa ta’ €2.29 miljun.
Dawn il-fondi ntefqu f’tisbieħ tal-pjazez lokali, pavimentar tal-bankini, manutenzjoni tat-toroq lokali u żviluppi oħrajn skont il-bżonnijiet tal-lokalità.
Il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw matul is-sena l-oħra kienu: Il-Marsa, il-Birgu, l-Iklin, Ħaż-Żabbar, Ħal Qormi, Wied il-Għajn, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, il-Pietà, Ħad-Dingli, Tas-Sliema, il-Ħamrun u n-Nadur.