Il-Marsa Scouts jagħmlu volontarjat mal-klieb ta’ Noah’s Ark

Nhar il-Ħadd li għadda il-venture section tal-Marsa Scout Group marru sa Noah’s Ark biex jesperjenzaw il-volontarjat li jsir mal-klieb li hemm f’dan is-santwarju.

Parti mill-filosofija tal-iscouts hija li jgħinu lill-oħrajn u jibnu dinja aħjar iżda nhar il-Ħadd l-esperjenza tal-iscouts kienet ukoll differenti għax tgħallmu ftit affarijiet mhux ħażin huma stess dwar dawn il-klieb.

Matul il-ħin li qattgħu fin-Noah’s Ark l-iscouts mexxew il-klieb u anki xtrawlhom xi ikel li taw bħala donazzjoni.

Prosit tassew lil dan il-grupp għall-inizjattiva li ħadu.