Il-Marsa-Ħamrun Bypass jingħalaq għal lejl ieħor

Illejla se tingħalaq il-karreġġjata tal-Marsa-Ħamrun bypass li tagħti għat-Tramuntana. Il-karreġġjata se tkun magħluqha bejn it-8:00pm u l-5:00am tal-għada. Dan kien imħabbar fuq il-paġna uffiċjali ta’ Infrastructure Malta fuq Facebook.

Kien avżat ukoll li mhux se jkun hemm aċċess għall-mini ta’ Sant Venera u l-bypass tal-Imrieħel direzzjoni Marsa-Ħamrun. Xi toroq oħra se jkunu magħluqa minn Triq Diċembru 13.

Is-sewwieqa qed ikunu mħeġġa jsegwu d-direzzjonijiet tat-traffiku u jimxu mat-tabelli li se jkunu qed jagħtu rotot alternattivi għat-traffiku li jkun ġej mill-Marsa, l-Imsida, Ħal Luqa jew Ħal Qormi.

Ix-xogħol huwa parti mill-proġett ta’ bini mill-ġdid tat-toroq li beda aktar kmieni din is-sena.

Il-Pulizija flimkien ma’ Transport Malta se jkunu fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku u lis-sewwieqa.