Il-marċ tal-Ġimgħa ġewwa Casal Paola

Il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju se jkun qed isir il-marċ ġewwa Raħal Ġdid. Dan se jkun marċ brijuż bis- sehem tal-Banda Kristu Re li ser jibda fi 08:00pm mill-Pjazza prinċipali u jkompli f’dawn it-toroq: Triq Ninu Cremona, Triq it-Tramuntana, Triq l-Arkata, idur lejn il-biċċa ta’ fuq tal-Pjazza, Triq Tarxien, Triq Lampuka, Triq Żabbar u fl-aħħar jispiċċa fill-Pjazza fejn fil-11:00pm tittella’ l-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù.

Wara jsegwi l-feature tal-Festa 2020 maħdum minn De Paule Media Group segwiti miċ-ċelebrazzjonijiet fil-bottegin ta’ Soċjetà flimkien ma’ Ryan Spiteri kkumissjonat mill-Kummissjoni Żgħażagħ De Paule

Din l-informazzjoni twasslet mid-De Paule Media Group f’isem is-Soċjetà Filarmonika Gran Mastru Fra Antoine De Paule Banda Kristu Re AD 1898.