Read in English.
L-Istrina u l-Festa Solidarjetà b’risq id-Dar tal-Providenza huma biss żewġ maratoni li jsiru fi tmiem is-sena biex jinġabru l-flus għal kawżi u għanijiet differenti. In-nies jagħtu, għax ġenerużi.
Imma l-istat m’għandux jieħu ħsieb hu li jiffinanzja dawn l-inizjattivi? Mhux qed nirrendu lin-nies fil-bżonn bħala tallaba?
Biex jinġabru l-flus għandna bżonn ninqdew bi stejjer tan-nies li jġibulek demgħa f’għajnejk? Dawn diġà jkunu qed ibatu, għandna nagħmlu xow bihom ukoll biex inżidulhom it-tbatija?
Is-Sibt fl-10am waqt Andrew Azzopardi on 103 niddiskutu dan is-suġġett ma’ wħud mill-protagonisti.
Fost l-oħrajn jieħdu sehem Oliver Scicluna mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità, Mauro Pace Parascandolo, Kap Eżekuttiv tal-Malta Council for Voluntary Sector; Stephania Dimech Sant, Kap Eżekuttiv ta’ Richmond Foundation, Claudia Taylor East minn SOS Malta, u Dr Lara Said, pazjenta tal-kanċer.
Is-Sibt fuq 103 Malta’s Heart fl-10am.