Aġġornata (2): Il-maratona ta’ Puttinu taqbeż is-€700,000

Aġġornata bl-aħħar somma fid-8:49PM.
Il-maratona tal-futbol u tal-volleyball ta’ Puttinu Cares baqgħet għaddejja minkejja x-xita u r-riħ qawwi ta’ dalgħodu.
Din il-maratona ta’ 60 siegħa li qed issir fil-Marsa Sports Ground tiġi fi tmiemha llejla, s'issa ġabret is-somma ta’ €702,124.

Il-fondi li jinġabru se jmorru f’għajnuna lill-familji ta’ persuni morda bil-kanċer, partikolarment tfal.
Kienu diversi l-mistiedna li dalgħodu komplew iżuru din il-maratona, sabiex juru l-appoġġ tagħhom għal din l-inizjattiva. Fost l-oħrajn attendew dalgħodu l-Viċi Prim Ministru Chris Fearne, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, l-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat, kif ukoll l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola.
Ritratti: Facebook – Puttinu