Il-maratona Oħloq Tbissima għas-17 ta’ Lulju

Tħabbret id-data tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-maratona Oħloq Tbissima, li se ssir bejn il-Ġimgħa 17 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju.
Din il-maratona ta’ 60 siegħa ssir minn CAM Productions International fi ħdan is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.
L-għan tal-maratona hu li jinġabru fondi għall-missjoni fil-Peru, Pakistan, il-Filippini u għat-tfal residenti f’Dar San Ġużepp f’Santa Venera.
Għal darba oħra, Oħloq Tbissima se ssir f’Dar San Ġużepp, u se tkun iippakkjata b’kant, żfin, korijiet, wirja tal-klieb, logħob u talb.
Il-pubbliku hu mħeġġeġ biex jipparteċipa billi jagħti donazzjoni.
Il-maratona se tixxandar live fuq F Living, filwaqt li se jsiru kollegamenti ma’ TVM2, ONE TV u NET TV.
Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni jistgħu jċemplu fuq
51602004   €10  
51702007   €15          
51802009   €25          
Jew 50618099 għal SMS €4.66     
Jistgħu jsiru wkoll onlajn fuq www.ohloqtbissima.com.