Il-Maratona għall-Paċi hi eżerċizzju ta’ tolleranza reliġjuża

Atleti li jieħdu sehem fin-nofs Maratona għall-Paċili ssir f’Ruma. (Credit: Rome Half Marathon Via Pacis Facebook Page.)

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Via Pacis in-nos maratona għall-paċi għandha twassal atleti minn kull qasam mhux biss biex isaħħu l-muskoli tagħhom imma wkoll biex jużaw il-ħila tagħhom u jegħlbu d-differenzi kulturali u reliġjużi.

Din is-sena, il-maratona li hi sponsorjata mill-Ambaxxata tal-Emirati Għrab Mgħquda fl-Italja bħala parti mis-“Sena ta’ Tolleranza” li kienet inawgurata fiż-żjara li l-Papa Franġisku għamel fi Frar li għadda fl-Emirati, se ssir fit-22 ta’ dan ix-xahar  minn Pjazza San Pietru u jgħaddi minn postijiet importanti għall-komunitajiet reliġjużi ta’ Ruma.

Bl-appoġġ ta’ organiżazzjonijiet ewlenin oħra fosthom il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kumitat ParaOlimpiku Taljan, u l-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tellieqa għall-Paċi se jieħdu sehem fiha wkoll membri  tal-Atletika Vatikana, l-assoċjazzjoni sportiva tal-Vatikan, li twaqqfet f’Jannar li għadda.

7,000 atleta

Fl-aħħar tliet snin aktar minn 7,000 atleta minn diversi komunitajiet reliġjużi u l-pubbliku fosthom persuni b’diżabilità fiżika jew intellettwali, ħadu sehem f’din il-maratona.

L-organiżazzjoni tal-Maratona jieħdu ħsiebha jinkludi Kattoliċi, Luterani, Lhud, Ortodossi, Musulmani, Buddisti, Hindu u denominazzjonijiet oħra.

Mons Melchor Sanchez de Toca y Alameda, sottosegretarju tal-Kunsill tal-Kultura u Kap tat-Taqsima tal-Isport tal-istess Uffiċċju, qal lill-aġenzija CRUX  li l-kollaborazzjoni ma’ komunitajiet reliġjużi oħra fl-oraniżazzjoni tal-Maratona hi essenzjali biex jinżamm l-ispirtu ta’ din l-inizjattiva u din is-sena is-sħubija tal-Ambaxxati tal-Emirati Għarab fl-organiżazzjoni għandha sinjifikat speċjali.

L-Isport jgħaqqad

Mons Melchor qal li l-Emirati huma “post ta’ tolleranza fil-Lvant Nofsani u nnota li d-djalogu teoloġiku jista’ jkun diffiċli filwaqt li l-kultura u l-isport huma aktar faċli biex in-nies jingħaqdu. Meta wieħed jaqsam il-passjoni tiegħu għall-isport, ikun fuq livell ieħor għax l-isport veru jista’ jgħaqqad lin-nies”

L-Isport jifforma mill-istrateġija diplomatika tas-Santa Sede. Fil-fatt, Atletika Vatikana ipparteċipat f’diversi kometizzjonijiet u logħob ma’ pajjiżi żgħar u qed tittama li tifforma tim Olimpiku fil-ġejjieni.

“Irridu nwasslu l-messaġġ tal-Papa Franġisku, ta’ Knisja li toħroġ il-barra u ma tibqax imsakkra fil-ħitan tas-sigurtà interna, Knisja li ma tibżax tesponi lilha nfisha u tkun fost in-nies. L-isport hu lingwa universali li jifhimha kulħadd u tgħaqqad in-nies bis-serjetà”, qal Mons. Melchor.

Meta n-nies jiġri flimkien, jaqsmu bejniethom il-passjoni, l-isforzi ix-xewqa li jirbħu u dan hu tajjeb u pożitttiv.