Il-mara ta’ Klopp tissapportjah minn fuq landa taż-żibel

Il-partitarji dehru jimlew kull rokna tat-toroq minfejn għaddiet il-parata l-bieraħ imma ħadd ma kien qed jistenna li jara lil Ulla Sandrock – il-mara ta’ Klopp. Hi telgħat fuq landa taż-żibel biex tifraħ mal-bqija tal-partitarji u tara lir-raġel tagħha għaddej mal-bqija tat-tim.

Kien weekend bi tmiem inkredibbli għall-partitarji f’Merseyside, fejn rebħu lil Tottenham 2-0 f’Madrid.  It-tim ta’ Liverpool ħadu lura l-akbar premju lura d-dar hekk kif għamlu parata li għaliha attendew madwar 750,000 partitarju.

Klopp kien wiegħed lill-partitarji li kien se jaħdem biex iġib riżultati sbih għat-tim. It-tir tiegħu intlaħaq dan il-weekend u ma kienx hemm dubju li kien se jkompli mat-tim u l-partitarji fiċ-ċelebrazzjonijiet.