Il-mara misjuba mejta lbieraħ hi t-Taljana li ntilfet il-Ħadd

Newsbook.com.mt hu infurmat li l-mara li għebet Marsalforn il-Ħadd li għadda hi l-istess waħda li nstabet mejta lbieraħ fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Munxar, f’Marsaxlokk.
Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija kkonfermaw dan.
It-Taljana ta’ 60 sena li kienet toqgħod Marsalforn kienet ġiet irrappurtat nieqsa l-Ħadd, u l-Forsi Armati ta’ Malta kienu ħarġu jfittxuha b’ħelikopter u dgħajjes tat-tfittxija.
Huma kien irnexxielhom isibu l-basket li kienet qed iġġorr magħha fl-inħawi tal-breakwater ta’ Marsalforn.
Sadanittant, ilbieraħ il-Pulizija qalet li l-katavru tagħha nstab għall-ħabta tad-8.50am fl-inħawi msemmija f’Marsaxlokk, u l-katavru tagħha ttella’ minn Xatt it-Tiben il-Furjana.
Dwar dal-każ infetħeet inkjesta maġisterjali.