​Il-mara Maltija ilha 70 sena tivvota

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fakkret kif 70 sena ilu, il-mara Maltija kienet akkwistat id-dritt għall-vot.
F’serata mużiko-letterarja b’tifkira ta’ Agatha Barbara bħala l-ewwel president mara, Coleiro Preca qalet li għaddew 62 sena mindu kienet inħatret bħala ministru għall-ewwel darba. 
Semmiet kif Agatha Barbara għamlet riformi kbar fl-edukazzjoni fosthom meta daħħlet l-edukazzjoni obbligatorja sa sittax-il sena u kienet il-fundatriċi tal-welfare state f’Malta. 
Il-President Coleiro Preca tkellmet ukoll dwar is-sehem tagħha fil-qasam kulturali. 
B’tifkira ta’ din l-okkażjoni, is-sala tal-mużika fil-Palazz ta’ Sant’ Anton ġiet uffiċjalment imsemmija għal Agatha Barbara.
Ritratt: OPR