Il-mara li nstabet mejta waqgħet għoli ta’ 300 metru

Il-Pulizija qalet li tlestiet l-awtopsja fuq il-mara li nstabet mejta nhar it-Tnejn li għadda.
Skont ir-riżultati tal-awtopsja, il-mara mietet wara li waqgħet għoli ta’ madwar 300 metru għal ġol-baħar.
Malli nstab il-katavru, il-pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex jidentifika l-katavru. Hu mifhum li l-aħħar li dehret, il-mara kienet xogħol fl-Isptar Monte Karmeli.
Il-pulizija rringrazzjat lill-pubblika għall-għajnuna biex tiġi identifikata din il-mara.