Il-mara li ngidmet mill-kelb tieħu passi kontra l-Pulizija

Mara li spiċċat b’wiċċha sfigurat wara li kelb gidimha f’wiċċha, qed tiftaħ protest ġudizzjarju kontra l-Kummissarju tal-Pulizija talli ma sabux sid il-kelb.

Il-mara, residenti tas-Sliema, ingidmet f’wiċċha minn kelb b’mod li kellha saħansitra tagħmel 12-il punt fuq ħalqha. Sitt xhur wara, il-Pulizija għadhom ma ħadux il-passi neċċessarji, skont il-mara.

Il-każ seħħ Frar li għadda, fejn il-kelb, fuq ċinga, daħal ma’ sidu fil-ħanut fejn kienet qed taħdem il-vittma. Hi niżlet biex tmissu, bil-permess tas-sid, u x’ħin qamet ħatfilha wiċċha. Hi sostniet li s-sid m’avżax li l-kelb huwa aggressiv.

Il-protest ġudizzjarju ġie iffirmat mill-avukat tagħha.