Il-mara li lbieraħ ittajret minn mutur bi ġrieħi gravi

Il-mara li lbieraħ ittajret minn mutur f’Ħal Għaxaq qed issofri minn ġrieħi gravi.
Dan ikkonfermatu kelliema għall-Pulizija.
L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Dawret Ħal Għaxaq għall-ħabta tal-5.35pm.
Skont il-Pulizija, il-mutur kien misjuq minn raġel ta' 74 sena u l-mara kellha 57 sena. It-tnejn huma minn Ħal Għaxaq.
F’dan l-inċident, is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat ilbieraħ li kellu ġrieħi gravi wkoll.