Il-mara li bniet u saqet l-aktar mutur veloċi fid-dinja

Mara Żvediża kisret ir-rekord tal-aktar mara li saqet mutur bl-ikbar veloċità, dik ta’ 270.22 mil fis-siegħa.
Eva Håkansson kisret dan ir-rekord bil-mutur Killa Joule, li hu l-iktar mutur tal-elettriku li jgħaġġel fid-dinja.
Håkansson, li ġejja mill-qasam tal-enġinerija, ħadet ħames snin biex bniet il-mutur u kellha wkoll l-għajnuna ta’ żewġha. 
Ħafna kienu dawk li assumew li r-raġel kien il-moħħ wara l-mutur u kienu jistaqsu l-mistoqsijiet tekniċi lilu.
Madanakollu kien l-isfond tal-enġinerija tagħha li għenha biex tfassal u tibni l-mutur.