Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta se tibda għada!

    Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, li hija appoġġjata minn Yachting Malta u miżmuma taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation, se tibda għada. Organizzata mill-Malta Young Sailors Club, din is-sena ir-Regatta internazzjonali ser tkun qeda tiċċelbra l-20 edizzjoni tagħha, li minn tellieqa żgħira lokali żviluppat f’Regatta internazzjonali li tkun mistennija minn ħafna baħħara.

    Din is-sena, ser tkun qed tilqa’ 230 baħħar minn 26 pajjiz. Dawn ser ikunu qed jikkompetu fil-Klassijiet Laser u Optimist. Din tal-aħħar ser tkun l-ikbar klassi fejn iktar minn 200 baħħar ser ikun qed jikkompetu fil-kategoriji Novice, Open u Cadet, filwaqt li l-kumplament ser ikunu qedin jikkompetu fil-kategoriji 4.7, Radial u Standard fil-Klassi Laser.

    Fil-passat, baħħar Maltin ipproduċew riżultati tajbin meta rebħu ir-Regatta diversi drabi – dawn kienu Matthew, Ella, Edward Fleri Soler, Thomas Zammit Tabona. Fis-snin riċenti kien Richard Schultheis li ġab l-unur lil Malta tlett darbiet. L-organizzaturi qedin jistennew prestazzjonijiet tajba mill-baħħara lokali iżda din mhix ser tkun kompetizzjoni faċli minħabba li fost il-kompetituri ser ikun hemm Alessandro Cortese, iċ-ċampjin preżenti tal-Ewropa tal-Klassi Optimist, li żgur se jkun qed jissielet għal post fuq il-podju.

    Fost il-flotta ser jkun hemm timijiet tajbin mill-Isviżżera u l-Awstrija fost l-oħrajn. It-tlielaq se isiru fil-Bajja tal-Mellieħa. Huwa ppjanat li t-tlielaq jibdew mill-10:00am ‘l quddiem, dejjem skond il-kundizzjoni tat-temp. Għal aktar aħbarijiet u riżultati, żuru is-sit elettroniku