Il-manikini fl-Iraq iridu jgħattu wiċċhom

Is-sidien tal-ħwienet fil-belt ta’ Mosul, fl-Iraq, qed jintalbu jgħattu l-uċuh tal-manikini fil-vetrini.
Il-grupp militanti Isis qed jagħti ordnijiet stretti biex l-uċuh tal-menekini, kemm tan-nisa u tal-irġiel, ma jibqgħux jidhru.
Dan il-grupp iddikjara Stat Iżlamiku u qed jimplimenta b’mod strett il-liġi tax-Xarija li, fost l-oħrajn, tipprojbixxi statwi u arti li juru l-forma umana.
Intant, il-Kristjani qed ikomplu jiġu mwiddba biex jikkonvertu għall-Iżlam, iħallsu taxxa jew imutu.