Il-maniġer ta’ Spanja jirriżenja wara biss 11-il xahar

Il-maniġer ta’ Spanja, Luis Enrique, irtira mill-kariga fil-ħin li għadda, ħdax-il xahar biss mindu ingħata l-kariga. Se jkun qed jiħodlu postu temporanjament l-assistent tiegħu Robert Moreno. L-eks maniġer ta’ Barcelona kien iffirma kuntratt ta’ sentejn f’Lulju tal-2018.

Enrique kien ilu assenti minn Marzu minħabba problema ta’ natura urġenti fil-familja. Huwa ħa t-tim nazzjonali f’idejh wara li t-tim inqala’ mill-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fl-2018 meta wasal biss mal-aħħar 16.

Kemm ilhom jitmexxew minn Moreno, it-tim Spanjol irnexxielu jirbaħ tliett logħbiet u se jkun qed jilgħab kontra r-Rumania f’Settembru li ġej bħala parti mill-kompetizzjoni ta’ kwalifika għall-Ewro 2020.