Il-Mandraġġara se terġa’ tixxandar

Il-Mandraġġara
Anna Dalli f'Il-Mandraġġara

Minn għada t-Tlieta fid-9pm fuq TVM se tixxandar is-sensiela Il-Mandraġġara li kienet ixxandret b’tant suċċess fis-snin li għaddew. Għandha addattament ta’ Dominic Said tar-rumanz klassiku ta’ Ġużè Chetcuti.

Il-ġrajja ta’ Il-Mandraġġara hija ambjentata f’Bormla, fejn iseħħ ħafna mill-istorja u fejn niltaqgħu ma’ Dola, magħrufa bħala Il-Mandraġġara.

Jgħidulha hekk għax hi mill-Belt, proprju mill-Mandraġġ, u għal raġunijiet marret toqgħod f’Bormla.

Iżda l-Mandraġġara ħadet magħha tempesta sħiħa.

Magħrufa mal-balklora ta’ Bormla, il-Mandraġġara ma kienetx xi waħda li kienet tal-ġabra imma b’qalb tajba u forsi għax id-destin kien kiefer magħha, għazlet il- ħajja tat-triq, torqod barra, tagħmel dak li jiġi għal idejha u libera.

Iżda l-istorja tinbidel hekk kif Dola, Il-Mandraġġara darba waħda tiltaqa’ ma’ Ġovann, ġuvni ibigħ il-ġmiel, iżda għarus lil Sina.

Minn hawn tibda l-istorja mqanqla, iżda ta’ swied il-qalb tal-Mandraġġara.

Fil-Mandraġġara naraw lilna nfusna, l-għatx għal imħabba li nkunu aċċettati li nkunu maħbuba.

Iżda d-destin mhux ma’ kulħadd hu twajjeb.

Dominic Said, addatta din in-novella kontrovesjali għax-xandir u b’direzzjoni ta’ Tony Parnis u tiegħu stess, ħadmu fit toroq ta’ Bormla.

L-istorja hi l-mera tagħna għax wara kollox kulħadd għandu xi ftit mill-Mandraġġara, għax ħadd m’għandu subgħu dritt għax kif jgħid l-Imgħallem “Minn m’għandux ħtija jitfa l-ewwel ġebla.”

Se nkunu qed naraw jieħdu sehem lil Anna Dalli, Louise Doneo, Mark Doneo, Veronica Farrugia, Maryrose Mallia, Inez Farrugia u Doreen Galea fost oħrajn.