Il-MAM tħabbar direttivi industrijali

Read in English.

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ordnat lit-tobba stazzjonati fiċ-Ċentri tas-Saħħa biex ma jagħmlux xogħol relatat mal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani privati.

Fi stqarrija l-MAM appellat ukoll għal pjan ta’ emerġenza maqbul magħha wara li l-Gvern jiddikjara emerġenza tas-saħħa pubblika.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) Martin Balzan kemm ‘il darba stqarr li mingħajr id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika tfisser li l-Gvern ikollu kontroll tas-sitwazzjoni filwaqt li b’emerġenza dikjarata tkun is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci li tiddeċiedi. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dejjem qal id-dikjarazzjoni ta’ Emergenza pubblika mhu se tagħmel differenza fil-ġlieda kontra l-imxija tal-coronavirus.

Huwa kien spjega li l-unika differenza li jġib hija waħda teknika fejn s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jkun jista’ jbiddel liġi mingħajr Avviż Legali.