Il-Maltin u l-Pantomimi tal-Milied

Janvil u Mark Spiteri Lucas: The Entertainers

L-atturi Brian Farrugia, Eric Grech u Joseph Borg, il-kantanti Joseph Refalo, Marie Claire Attard Bason u Maria Spiteri flimkien ma’ żeffiena minn Team Netta Dance Company se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tas-Sibt li ġej ta’ The Entertainers il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television illum is-Sibt fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikun hemm ukoll id-diskussjoni Aħna l-Maltin. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti flimkien mal-atturi mistiedna dwar il-Pantomimi ta’ żmien il-Milied.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ. Din il-ġimgħa tissokta wkoll l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.