Il-Maltin u l-Afrikani jaqsmu l-informazzjoni dwar l-ibħra

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Camelo Abela, ltaqa’ ma’ professjonisti Afrikani bil-għan li jiddiskutu l-esperjenza tagħhom wara li spiċċaw il-kors fl-Operational Oceanography for Blue Growth, fl-Università ta’ Malta.

Il-ko-ordinatur tal-kors, il-Professur Aldo Drago, qal li l-protezzjoni tal-ibħra huma importanti ħafna hekk kif huma ta’ riżors essenzjali li jista’ faċilment jgħin fit-tkabbir tal-ekonomija.

Il-Ministru qal kif Malta kienet kapaċi taqsam dak li taf ma’ dawn in-nies, filwaqt li tgħallmet minn dawn il-professjonisti stess. Dan jawgura għal-aktar ħidma flimkien li għandha x’taqsam mal-problemi marittimi u aktar minn hekk, fil-futur.

Ritratti: DOI Pierre Sammut