Il-Maltin qed jieħdu l-coronavirus biċ-ċajt?

Many Maltese people right now

Read in English.

Ilbieraħ rajna kif numru kbir ta’ Maltin kienu f’paniku hekk kif bosta kienu dawk li rħewlha fis-supermarkets biex jixtru ikel u bżonnijiet oħra għax inkwietaw li se jispiċċaw maqfula fid-dar tagħhom meta l-gżejjer tagħna jintlaqtu mill-CONVID-19. Dan minkejja l-fatt li s’issa ma kienx hemm għalfejn wieħed jinkwieta għax ma ġie rrappurtat l-ebda każ ta’ persuni li għandhom il-virus.

Dak li seħħ ilbieraħ wassal biex bosta persuna kkummentaw permezz tal-memes dwar kif jaħsbuha fuq dak li kien għaddej.

Uħud minn dawn il-memes kienu pjuttost kreattivi hekk kif ħallew għall-immaġinazzjoni tagħhom dwar dak li kien qed iseħħ f’dawn il-ħwienet il-kbar tal-ikel.

Kien hemm min isserva b’personalitajiet bħal John Travolta f’xena mill-film Pulp Fiction, biex iwasslu l-messaġġ tagħhom.

"Fejn hu l-ħobż u l-ħalib?"

Posted by Malta GIFs + on Tuesday, February 25, 2020

Oħrajn isservew bit-toilet paper bħala suġġett peress li kien hemm min xtara wkoll bil-kwantità f’każ li jispiċċa msakkar ġewwa. Kien hemm min ukoll għamel enfażi fuq dan minħabba fl-isem tad-ditta ta’ dan il-prodott.

Iżda kien hemm xi ħadd li fakkar dwar l-importanza tal-iġene hekk kif fuq l-ixkafef tas-supermarkets kien għad fadal ħafna prodotti tas-sapun.

“Mela insejtu li t-tobba qed iwissu biex taħslu jdejkom b’mod frekwenti?” staqsa dan il-persuna.

Jekk għandek xi mistoqsija dwar il-coronavirus tista’ ċċempel fuq 21324086.