Il-Maltin mhux mill-coronavirus għandhom jibżgħu, iżda mit-tniġġis – Vassallo

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li filwaqt li l-poplu Malti qed jibża’ mill-coronavirus mhux qed jintebaħ li teżisti sitwazzjoni ferm iktar tal-biża’ li ħasdet il-ħajja ta’ 576 perusna qabel iż-żmien.

Vassallo ħa l-ħin tal-aġġornament biex spjega li f’Marzu tas-sena l-oħra ġie rrappurtat li kien hemm 576 mewt ta’ persuni b’mod prematur minħabba problemi fin-nifs ikkaġunat mill-ħmieġ fl-arja.

Huwa argumenta li l-pajjiż għandu bżonn s-si[ar, l-għelieqi u l-veġitazzjoni għaliex dawn għandhom valur ambjentali u l-pajjiż ma jistax jgħaddi mingħajr għelieqi u bdiewa.

Vassallo tkellem kontra l-pjanijiet tal-Gvern li jestendi l-faċilitajiet tal-Magħtab.

Hu staqsa kif l-eks Ministru tal-Ambjent Josè Herrera qatt ma qal jekk hemmx pjani lesti biex 226 tomna tittieħed fil-Magħtab u jekk dan il-proġett hux se jibbenefika minn fondi tal-Unjoni Ewropea.