“Il-Maltin li jistudjaw il-Franċiż jonqsu b’60%” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li hemm bżonn tiġi indirizzata il-waqgħa ta’ 60% fl-għadd ta’ studenti li poġġew għall-eżami tal-Livell Avvanzat fil-Franċiż f’dawn l-aħħar erba’ snin.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Clyde Puli qal dan fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Frankofonija, li jfakkar l-importanza tal-ilsien Franċiż bħala t-tieni l-aktar lingwa mgħallma fid-dinja.
Semma kif l-Unjoni Ewropea, fil-politika tagħha tal-plurilingwiżmu, għandha l-mira li l-Ewropej ikunu jifhmu u jitħaddtu sewwa bil-lingwa materna tagħhom u b'żewġ lingwi oħrajn Ewropej.