Read in English.
Fil-Knisja Kattolika hemm diversi riti jew modi kif in-nies jgħixu l-fidi tagħhom. Il-Maltin huma parti min dak li jissejjaħ ir-rit Latin jew Kattoliku Ruman. Imma hawn numru ta’ Maltin u ta’ residenti f’Malta li huma parti minn dak li popolarment insejħulu r-rit tal-Kattoliċi Griegi. Il-knisja parrokkjali tagħhom qiegħda fi Triq l-Arċisqof il-Belt.
Fr Joe Borg jitkellem mal-Papas Martin Zammit dwar:
- Kif jiċċelebraw il-Milied dawn il-Kattoliċi?
- Għandhom quddiesa ta’ nofsillejl?
- Għala jagħtu aktar importanza lill-Għid milli lill-Milied?
- Kif inhu s-sawm li jagħmlu lejlet il-Milied?
- X’tip ta’ astinenza jagħmlu f’dawn il-ġranet?
Segwi parti minn din l-intervista l-Ħamis 24 ta’ Diċembru fid-9am fuq Newsbook.com.mt. L-intervista sħiħa tixxandar f’jum il-Milied fil-5pm fuq Newsbook.com.mt