Awdjo: Il-Maltin l-aktar li jagħmlu użu mill-antibijotiċi fl-Ewropa

Malta ingħaqdet mal-kumplament tal-Ewropa fil-Jum Ewropa dwar l-Għarfien tal-użu tal-Antibijotiċi.

Mill-aħħar statistika tal-Eurobarometru, jirriżulta li l-Maltin huma l-aktar li jagħmlu użu mill-antibijotiċi. 

48% tal-Maltin għamlu użu mill-antibijotiċi matul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Din is-sena wkoll f’Malta qed issir kampanja dwar użu aħjar tal-antibijotiċi. 

Dr. Michael Borg, il-Kap tal-Kumitat Nazzjonali dwar l-Antibijotiċi sostna li dawn mhux effettivi kontra l-influwenza.

Ma’ Newsbook.com.mt, Dr. Michael Borg qal li ħadd m’għandu jieħu antibijotiċi għalxejn jew għaliex ikunu għadhom fuq l-ixkaffa.

Sostna li t-tobba għandhom ukoll joqgħodu lura milli joħorġu riċetti bl-antibijotiċi.