Il-Maltin l-aktar fiduċjużi fil-qasam tas-saħħa; inqas kuntenti bl-istil ta’ ħajja

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Maltin huma l-aktar nies fiduċjużi fil-qasam tas-saħħha tagħhom fl-Unjoni Ewropea skont studju li sar minn aġenzija Ewropea. L-istess studju sab li fl-istess ħin il-Maltin kienu inqas sodisfatti bil-ħajja mill-medja tal-UE waqt il-kriżi tal-coronavirus.

Dawn iċ-ċifri ħarġu minn stħarriġ tal-aġenzija Eurofound dwar il-ħajja u x-xogħol waqt il-pandemija. Sat-30 ta’ April kien hemm aktar minn 85,000 persuna li ħadu sehem fl-istħarriġ li sar online.

Malta ġiet fl-ewwel post għall-fiduċja tan-nies fis-sistema tas-saħħa tal-pajjiż.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li s-sitwazzjoni f’Malta hija waħda stabbli. Bħalissa m’hemmx pazjenti li qed jiġu rekoverati fl-ITU u n-numru ta’ każi ġodda li qed jiġu reġistrati kuljum huwa baxx.

Instab li fl-Ewropa n-nies kellhom aktar fiduċja fil-qasam tas-saħħa milli fil-gvernijiet tagħhom.

Malta ġiet fil-15-il post mis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea fejn tidħol il-kuntentizza fil-ħajja.

L-istħarriġ sab ukoll li madwar 4 minn kull 10 ħaddiema fl-Ewropa bdew jaħdmu mid-dar.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien kuntent bir-riżultat li kisbet Malta. Qal li flimkien in-nies kienu se jirbħu kontra l-pandemija.

❗It’s official – Malta 🇲🇹 has the MOST TRUSTED #healthcare system in the EU! I am humbled by our people’s trust. Together we will beat 💪 this pandemic.

Posted by Chris Fearne on Saturday, May 9, 2020

Tista’ taqra l-istudju sħiħ minn hawn:

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn