“Il-Maltin konvinti li ġrajjiet bħal ta’ Karen Grech u Raymond Caruana ma jerġgħux isiru”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Maltin għandhom il-konvinzjoni li ġrajjiet bħal ta’ Karin Grech u Raymond Caruana qatt ma jerġgħu jseħħu.
Waqt ċerimonja biswit il-mafkar ta’ Karin Grech f’San Ġwann, il-Kap tal-Partit Laburista stqarr li ċerimonji bħal din isiru biex jiftakar il-passat u ma jintesiex.
Sostna li kull sena nfakkru kemm il-bniedem kapaċi jwettaq atti orribli u salvaġġi mnebbħa minn tensjonijiet politiċi li wasslu għal ġrajjiet ta’ Karin Grech u Raymond Caruana, u li proprju nfakkruhom fl-istess xahar ta’ Diċembru.