Il-Maltin kif inħarsu lejn iż-żgħażagħ?

Il-kantanti Fabrizio Faniello u Anna Azzopardi, l-illużjonist żagħżugħ Morgan Galea, il-personalità Andrew Borg Carbott u l-attur Karl Schembri flimkien ma’ żeffiena minn RIDM Dance Academy, se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-lejla ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikun hemm ukoll id-diskussjoni Aħna l-Maltin. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti flimkien mal-kantanti mistiedna kif aħna l-Maltin inħarsu lejn iż-żgħażagħ.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ. Din il-ġimgħa tissokta wkoll l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.