Il-Maltin kif iħarsu lejn il-konkorsi tas-sbuħija?

Ritratt: Matthew Cutajar (I-Cam)

Miss World Malta, Nicole Vella, il-personalità Sue Rossi, l-attur Toni Busuttil, il-kantanti Debbie Scerri u Karen Debattista, flimkien ma’ żeffiena minn Pippa Gee Dance Studio se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fil-programm tal-llum is-Sibt ta’ The Entertainers li jixxandar fuq Net Television fit-8.30pm.

Minbarra l-mużika live u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikun hemm ukoll id-diskussjoni Aħna l-Maltin. Din il-ġimgħa The Entertainers jiddiskuti flimkien ma’ panel ta’ personalitajiet popolari kif aħna l-Maltin naħsbuha dwar il-konkorsi tas-sbuħija.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ. Din il-ġimgħa tissokta wkoll l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.