Il-Maltin jirbħu lill-Franċiżi, lill-Ingliżi, lill-Irlandiżi u lir-Russi

It-tim tal-futbol tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għadu kif rebaħ fit-18-il edizzjoni tal-kampjonat tal-futbol tal-Ajruporti Ewropej (EAFC).

It-tim tal-futbol tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jgħaqqad fi ħdanu plejers minn diversi setturi tal-avjazzjoni li jinkludu ħaddiema mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-Air Malta, l-Aviaserve u l-Forzi Armati ta’ Malta.

It-tim Malti għeleb it-timijiet tal-Ajruport ta’ Nizza, it-tim tal-Ajruport ta’ Londra u t-tim ta’ Dublin. Fil-finali t-tim Malti lagħab kontra Moscow Sheremetyevo fejn skorja fl-aħħar minuta.

L-edizzjoni tal-kampjonat din is-sena ttellgħet mill-Ajruport ta’ Dublin u rat 14-il tim tal-ajruporti jilagħbu għat-tazza Don Treacy bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju.