Il-Maltin jirbħu kontra l-Georgia

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb l-ewwel rebħa mill-fażi ta’ kwalifika għall-UEFA Women’s Euro 2021 bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-Georgia. Il-logħba ntlagħbet il-bieraħ ġewwa s-Centenary Stadium.

Malta kienu l-aqwa tul il-logħba kollha u rnexxielhom jassiguraw il-punti massimi grazzi għall-gowl kmieni ta’ Rachel Cuschieri u ieħor mingħand Haley Bugeja fil-bidu tat-tieni taqsima. Immexxija minn Mark Gatt, it-tim Malti kellu fejn jiskorja aktar gowls iżda sfortunatament naqsu milli jieħdu l-oppportunitajiet.

Għal Georgia kienet Kathia Tchkonia li skurjat il-gowl ta’ konsolazzjoni tard fil-logħba. Ir-reżistenza li wrew il-Maltin għenithom jassiguraw ir-rebħa.

MALTA

Janice Xuereb, Ann-Marie Said, Emma Lipman, Stephania Farrugia, Dorianne Theuma, Rachel Cuschieri, Maria Farrugia (90 Martina Borg), Jade Flask, Charlene Zammit, Brenda Borg, Haley Bugeja (88 Emma Xuereb).

Coach: Mark Gatt.

GEORGIA

Teona Sukhashvili, Nino Pasikashvili, Tatiana Matveeva, Lela Chichinadze, Khatia, Tchkonia, Tamari Tatuashvili, Tamar Kvelidze (66 Gvantsa Kadagishvili), Nino Sutidze, Teona Bakradze (57 Ana Cheminava), Teona Todadze, Elena Raukh.

Coach: Levan Bajelidze.

Referee: Araksya Saribekyan (Armenia).