Il-Maltin jingħaqdu biex jgħinu lil dawk fi kwarantina

Diversi persuni qed itellgħu posts fuq Facebook fejn qed joffru s-servizz tagħhom lil dawk li bħalissa jinsabu fi kwarantina mandatorja.

Gruppi fuq Facebook raw diversi posts ta’ nies jissuġġerixxu li l-Maltin jingħaqdu id f’id u joffru l-għajnuna tagħhom lil dawk kollha taħt kwarantina mandatorja u lill-anzjani tar-raħal. Dan fejn jidħol xiri ta’ mediċini u ikel li l-persuna jew saħansitra l-familja msakkra f’darha ma tkunx tista’ tagħmel.

Waħda mill-posts qed tinkoraġġixxi b’mod partikolari liż-Żebbuġin sabiex jingħaqdu flimkien għal din il-kawża.

Intant, l-eks kandidat għal MEP, Cami Appelgren ukoll għamlet post simili. Hi sostniet li l-ftit ġimgħat li ġejjin se jkunu kemmxejn diffiċli fuq kulħadd. Sostniet li minħabba l-mod ta’ kif taħdem, filgħodu se jkollha ċans tassisti lil min ikollu bżonn kull tip ta’ għajnuna. Qalet li għandha karozza li biha tista’ tivjaġġa biex tgħin lil min ikollu bżonn xi xirja ta’ xi ħaġa oħra.

Anke ħwienet lokali qed jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jgħinu lill-komunità, partikolarment lil dawk l-anzjani li forsi qed jibżgħu joħorġu jagħmlu x-xirja tagħhom. Permezz ta’ post fuq Facebook Clint’s Convenience & Catering offra s-servizz tiegħu ta’ konsenja tax-xirja lill-anzja permezz ta’ telefonata.

Dawk l-anzjani li qieghdin jibzaw johorgu ,Qed noffru servizz speċjali ghalihom biex jibqa' jasal likel f'darhom (Share ♥️)Mob – 79947242 Ghal iktar informazzjoni

Posted by Clint's Convenience & Catering on Wednesday, March 11, 2020