Il-Maltin jilħqu l-quċċata tal-Kilimanjaro

Grupp magħmul minn 17-il żagħżugħ u żagħżugħa rnexxilu jilħaq il-quċċata tal-muntanja Kilimanjaro fit-Tanżanija.
Din l-isfida taż-żgħażagħ Maltin kienet għall-karità u bil-flus li qed jinġabru se jinbnew skola u kindergarten fl-Etijopja.
Biex tinbena din l-iskola hemm bżonn mal-€65,000.

Reazzjoni PN
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista jifraħ liż-żgħażagħ għall-kuraġġ u d-determinazzjoni li urew mhux biss fl-aħħar jiem tal-isfida iżda wkoll fix-xhur ta’ qabel b'ħafna taħriġ.