Il-Maltin jiġbru aktar minn €2,000 bl-Ice Bucket Challenge

Matul l-aħħar ġimgħatejn, il-Maltin li għamlu l-isfida tal-barmil bis-silġ għażlu li jagħtu donazzjoni lill-organizzazjonijiet differenti.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li fost l-organizzazzjoni lokali li rċevew l-għotjiet, Puttinu Cares irċieva madwar €1,000 u d-Dar tal-Providenza s’issa irċeviet madwar €800 minn din l-isfida.
Il-Hospice Malta, li fost l-oħrajn jieħu ħsieb persuni b’mard terminali li jattakka n-nervituri, ra żieda fid-donazzjonijiet li waslu fl-aħħar jiem.
Il-maġġoranza tad-donazzjonijiet ta’ min jagħmel l-isfida tal-barmil bis-silġ madwar id-dinja, qed imorru għall-Assoċjazzjoni ALS, li tuża ċelloli staminali ta’ embrijuni umani fir-riċerka tagħha.
Newsbook.com.mt staqsa lil din l-assoċjazzjoni kemm inġabru flus s’issa minn Malta bl-isfida tal-barmil tas-silġ, iżda kelliem għal ASL qal li ma tistax tingħata din l-informazzjoni.