Il-Maltin jieklu l-pastizzi u jgħixu aktar – Vlogger Amerikan

Vlogger Amerikan immeravilja ruħu b’Malta wara li ra b’għajnejh il-kultura tal-ikel tal-pajjiż fejn minkejja li l-poplu jiekol ikel li jħaxxen bħall-pastizzi jispiċċa jgħix aktar snin minn persuna Amerikana.

Mitch Summers żar Malta u semma fost l-oħrajn il-pastizzi, sausage rolls u qassatat, il-ftira Maltija, it-timpana, l-imqaret u l-fenek moqli bit-tewm. Hu spjega kif minkejja li dan l-ikel kollu huwa oppost ta’ ikel sustanzjuż, il-poplu Malti rnexxielu jsib mod kif jiekol minn kollox u jibqa’ f’saħħtu, meta kkumparat ma’ persuna li tgħix fl-Istati Uniti.

Spjega kif il-Maltin jgħixu medja ta’ sentejn aktar, isofru inqas minn obeżità u għandhom inqas stress. Sostna li Malta hija gżira li tħaddan it-tradizzjonijiet tagħha.

The MODERATION Diet

Allow me to present to you the Moderation Diet. Fair warning, it's completely made up, but is based common sense.Turns out there are some places people are practicing moderation and the result is they are living longer, are less overweight and stressed than others. That's a recipe for success! Instagram: @Mitch__Summers HUGE thank you to Luke, Shaun, Laura, Glo with The Blog Abroad, Lorraine and all the wonderful people and restaurants in Malta for making this one a reality.

Posted by Mitch Summers on Thursday, January 24, 2019