Il-Maltin ir-4 l-aktar li biegħu bl-e-commerce fl-2014

Matul l-2014, l-intrapriżi Maltin kienu r-raba’ l-aktar li biegħu onlajn fost it-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, bi 15% tal-bejgħ isir permezz tal-e-commerce.
12% tal-bejgħ sar lejn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea filwaqt li 9% mar f’pajjiżi terzi. Is-sena li għaddiet, waħda minn kull ħames intrapriżi biegħu onlajn, li tissarraf f’żieda ta’ 1% fuq is-sena ta’ qabel.
L-aktar pajjiżi li marru tajjeb f’dan is-settur kienu l-Irlanda bi 17%, l-Belġju b’14% u r-Repubblika Ċeka bi 13%.
L-Irlandiżi kienu wkoll l-aktar li rreġistraw profitt bil-bejgħ onlajn b’37%.