Il-Maltin ipprojbiti milli jidħlu l-Litwanja minħabba l-coronavirus

Aġġornat 12:13 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Maltin huma pprojbiti milli jidħlu l-Litwanja minħabba l-coronavirus.

Fil-31 ta’ Lulju l-Gvern tal-Litwanja ppubblika lista aġġornata tal-pajjiżi milquta mill-pandemija. Malta tinsab imniżżla flimkien ma’ disa’ pajjiżi oħra li residenti tagħhom ma jistgħux jidħlu l-Litwanja. Cittadini tal-Litwanja li kienu f’xi wieħed minn dawn il-pajjiżi jridu jmorru kwarantina obbligatorja.

Fost dawn l-10 pajjiżi hemm Malta, Spanja, u l-Belġju. Persuni li deħlin il-Litwanja minn Ċipru, mill-Irlanda, u mir-Renju Unit m’għandhomx għalfejn imorru kwarantina.

Il-Litwanja qed tirrapporta li f’Malta kien hemm rata ta’ inċidenza ta’ 28.4 għal kull 100,000 ċittadin matul perjodu ta’ 14-il ġurnata.

Il-Ġermanja introduċiet testijiet mandatori ġodda għall-coronavirus għal kull min jidħol fil-pajjiż minn żoni meqjusa bħala riskjużi. Kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qalet li dawn ir-regoli se jidħlu fis-seħħ mil-lum.

14-il ġurnata kwarantina għal min dieħel il-Latvja minn Malta

Dawk il-persuni li jkunu deħlin il-Latvja minn Malta jridu jmorru kwarantina għal-14 il-ġurnata.

F’lista aġġornata fil-31 ta’ Lulju l-Gvern tal-Latvja qed jirrakkomanda li n-nies m’għandhomx isiefru lejn Malta.