Il-Maltin ifittxu investiment fir-riċerka u l-edukazzjoni f’Dubaj

Christoph Schwaiger

Malta se tkun qed tieħu sehem fid-Dubai Expo 2020 bl-għan li tattira investiment fl-oqsma tar-riċerka u edukazzjoni fost l-oħrajn skont il-Ministru għall-Investiment Chris Cardona.

Dan qalu waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-bini tal-Malta Enterprise dalgħodu. “World Expos huma avvenimenti internazzjonali li jiġu organizzati kull ħames snin u kull edizzjoni hija ospitata f’belt ġdid għal sitt xhur sħaħ. Għaldqastant, l-expo li jmiss se jsir f’Dubaj bejn l-20 ta’ Ottubru 2020 sal-10 ta’ April 2021” qal Cardona.

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar x’tipi ta’ negozji jafu jinteressaw ruħhom fl-avveniment, Cardona qal li huwa addattat għal dawk in-negozji li jridu jesponu dak li jagħmlu f’Malta u li jkunu jridu jattiraw investituri barranin. Żied jgħid li jaf jinteressa wkoll dawk in-negozji li jixtiequ jibdew jaħdmu b’mod internazzjonali.

Cardona qal ukoll li “Anthony Tabone ġie appuntat bħala l-Kummissarju Ġenerali ta’ Malta għall-Expo f’Dubaj”. Fid-diskors tiegħu, Tabone qal li l-mira prinċipali se tkun biex jiġi ġġenerat interess qawwi f’Malta. Sġjega li fil-ġimgħat li ġejjin se jibda l-proċess tad-disinn tal-padiljun Malti.