Il-Maltin għandhom fiduċja kbira fil-mexxejja reliġjużi

Il-Maltin għandhom fiduċja kbira ħafna fil-mexxejja reliġjużi. Dan joħroġ ċar minn diversi stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar dan l-aħħar.
Stħarriġ magħmul mill-gazzetta Malta Today juri li tlieta minn kull erbgħa għandhom fiduċja fl-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech waqt li żewġ terzi għandhom fiduċja fl-Arċisqof Charles Scicluna.
Dan ifisser illi l-Maltin jafdaw lill-mexxejja reliġjużi aktar milli, skont studju tal-Eurobarometer, jafdaw lill-Pulizija, lill-Gvern, lill-partiti politiċi, lis-sistema legali, lill-midja tradizzjonali u lill-midja soċjali. Il-Maltin għandhom fiduċja fil-mexxejja reliġjużi aktar milli għandhom fil-mexxejja politiċi.
Il-gazzetta MaltaToday f’Jannar ta’ din is-sena staqsiet f’min il-Maltin għandhom l-aktar fiduċja bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. 41% qalu li għandhom fiduċja fil-Prim Ministru waqt li 15% qalu li għandhom fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni.

L-Isqof Mario Grech76.7% *
L-Arċisqof Charles Scicluna65% *
Il-Pulizija53% **
Il-Gvern Malti51% **
L-Amministrazzjoni Pubblika51% **
Il-Parlament47% **
It-televixin45% **
Joseph Muscat41% ***
Ir-radju37% **
L-internet35% **
Il-ġustizzja u s-sistema legali35% **
Il-gazzetti31% **
Il-partiti politiċi21% **
Online social networks21% **
Adrian Delia15% ***

 
*      Malta Today Survey Jannar 2018, ippubblikat il-Ħadd 1 ta’ April, 2018
**    Standard Eurobarometer 88 – Autumn 2017
***  Malta Today Survey Jannar 2018, ippubblikat fl-4 ta’ Frar 2018.